EN | MT  
Merħba għall-Qafas tal-Kisbiet mit-Tagħlim Ara s-Suġġetti
  • Din il-websajt turi d-Disinn tal-Qafas tal-Kisbiet mit-Tagħlim u l-Programm ta' Tagħlim u l-Assessjar assoċjati, għal-Livelli ta' Kisba minn 5 sa 10. Tinkludi wkoll suġġetti VET fil-Livell tal-MQF 1 , is-snin bikrija u suġġetti tal-Entry Level.

    L-għan tal-Qafas tal-Kisbiet mit-Tagħlim huwa li jappoġġa l-Qafas tal-Kurrikulu Nazzjonali (NCF). L-NCF li kien tradott f'liġi fl-2012 jipproponi benefiċċji edukattivi universali mibnija madwar tmien Oqsma ta' Tagħlim, ispirati mill-Qafas ta' tmien Kompetenzi Ewlenin tal-UE.  Huwa qiegħed jipproponi wkoll Qafas tal-Kisbiet mit-Tagħlim bħala l-pedament għat-tagħlim u l-assessjar matul is-snin tal-iskola obbligatorja.  Kemm l-NCF kif ukoll l-LOF ser jifformaw is-sinsla tal-programmi edukattivi tagħna u ser iservu bħala benchmark nazzjonali tal-eċċellenza għall-iskejjel kollha u b'hekk il-ġenituri, l-għalliema u partijiet interessati oħra jkollhom għarfien dwar x'għandhom ikunu jafu u x'jistgħu jagħmlu t-tfal u ż-żgħażagħ matul kull wieħed mit-tliet ċikli - snin bikrin, primarji u sekondarji - u fl-aħħar tal-edukazzjoni obbligatorja.

    L-għan tal-Qafas tal-Kisbiet mit-Tagħlim huwa li jillibera lill-iskejjel u lill-istudenti minn għarfien imponut b'mod ċentrali - iċċentrat fuq is-sillabi, biex jagħtihom il-libertà jiżviluppaw programmi li jissodisfaw il-qafas tar-riżultati bbażati fuq l-għarfien, l-attitudnijiet u l-ħiliet li huma kkunsidrati bħala l-benefiċċji edukattivi nazzjonali tal-istudenti kollha f'Malta. L-LOF huwa għalhekk intiż li eventwalment iwassal għal aktar awtonomija kurrikulari tal-kulleġġi u tal-iskejjel, biex jindirizzaw aħjar il-bżonnijiet tat-tagħlim tal-istudenti tagħhom.

  • Aħbarijiet